Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
3453
Data:
26/10/2022
Seduta:
40 - 01/11/2022 06:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Arma ta’ Malta – awtorizzazzjonijiet

 

L-Onorevoli KAROL AQUILINA staqsa lill-Onorevoli ROBERT ABELA (Uffiċċju tal-Prim Ministru):
Jista' l-Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il awtorizzazzjoni bil-miktub ta sabiex tkun tista' tintuża l-Arma ta' Malta u/jew xi imitazzjoni tagħha? Jista' jgħid lil min ingħatat kull waħda mill-awtorizzazzjonijiet bil-miktub u x'kondizzjonijiet kienu jinsabu mniżżla f'kull awtorizzazzjoni li ngħatat? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull waħda mill-imsemmija awtorizzazzjonijiet bil-miktub?

 

Tweġiba:
Ninsab infurmat li bejn l-2013 u l-2022 ingħataw ħames awtorizzazzjonijiet sabiex tintuża l-Arma ta’ Malta jew imitazzjoni tagħha. Dawn ingħataw lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Heritage Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Inspections Coordination Office u l-Korp tal-Pulizija. Il-kundizzjonijiet kienu bbażati fuq l-użu speċifiku indikat fit-talba għall-awtorizzazzjoni.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 1/11/2022 06:56:41 PM - PQ ID DA5C538EC42FF1A8C12588E7004E3294