Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21721
Data:
14/06/2021
Seduta:
484 - 05/07/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
White Flags f’Għawdex

 

L-Onorevoli CHRIS SAID staqsa lill-Onorevoli CLINT CAMILLERI (Ministru għal Għawdex):
Jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret x'sar u x'inhu jsir fuq it-tliet bajjiet ġewwa Għawdex li fis-sena 2018 ingħataw il-White Flag biex iżommu dan it-titlu (klassifikazzjoni) li jfisser li dawn it-tliet bajjiet u l-madwar tagħhom, ikunu mnaddfa ta' spiss minn kull tip ta' plastik? Jista’ l-Ministru jgħid x'sar f'dawn l-aħħar sentejn u nofs u kemm intefqu flus biex dawn it-tliet bajjiet iżommu din il-klassifikazzjoni, u x'inhu jsir biex kif kien imwiegħed fis-sena 2018/2019 il-bajjiet kollha ta’ Għawdex jingħataw il-klassifikazzjoni tal-White Flag skont anke l-istrateġija tad-direttorat tal-Eco-Gozo fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li addotta f'dawn l-aħħar snin?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant billi nagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari PQ 11074. Il-kuntratt mal-organizzazzjoni tal-White Flag ġie mwaqqaf immedjatament meta tfaċċaw l-allegazzjonijiet ta’ frodi fuq il-midja. Għalhekk il-klassifikazzjoni tal-bajjiet bħala White Flag mill-organizzazzjoni GUWAA m’għadhiex fis-seħħ. Mill-perjodu indikat l’hawn il-bajjiet ikunu imnaddfa ta’ kuljum mill-ħaddiema tad-Direttorat ikkonċernat.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 5/7/2021 02:32:23 PM - PQ ID 3A77C682CCCBC996C12586F4002DE690