Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2984
Data:
12/12/2017
Seduta:
71 - 22/01/2018 06:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal lokazzjoni ta’ siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel

 

L-Onorevoli TONI BEZZINA staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali):
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2846 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal lokazzjoni ta' siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel (restaurants, snack bars, take away, bars, etc.), sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalita jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

 

Tweġiba:
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2846, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat erba’ mija u tlettax-il applikazzjoni (413) tal-Ippjanar (Planning Applications) u tlieta u disgħin (93) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ siġġijiet u mwejjed. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.


PAs
2013
32
2014
32
2015
57
2016
129
2017
163

DNOs
2013
25
2014
24
2015
30
2016
13
2017
1

Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
    · table
    · chair
    · mejda
    · mwejjed
    · siġġu / siġġijiet
    · furniture

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra: 2984.pdf2984.pdf

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site
 

 

L-aħħar bidla: 28/2/2018 08:06:59 AM - PQ ID D327DA8B9D38A6D0C12581F400231A2D