Leġiżlatura
XI
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
28080
Data:
06/09/2011
Seduta:
409 - 16/11/2011 06:00 PM
Seduta Interim:
434 - 12/12/2011 03:30 PM
Titlu:
Persuni ntitolati għal Eco-contribution
L-Onorevoli ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Onorevoli
TONIO FENECH (Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment):
Jista' l-Ministru jgħid min huwa intitolat għal eco-contribution meta jħallas il-kont tad-dawl u l-ilma u meta persuna ma tibqax intitolata għal dan il-benefiċċju?
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-eko riduzzjoni tingħata fuq il-kontijiet residenzjali jiġifieri fuq dawk il-kontijiet li hemm il-persuni reġistrati għas-sussidju. M’hemm l-ebda eko riduzzjoni fuq kontijiet domestic u non-residential.
L-eko riduzzjoni tinħadem:
A. Jekk ma jkun hemm l-ebda individwu reġistrat għas-sussidju, l-eko riduzzjoni mhix eliġibbli.
B. Jekk ikun hemm individwu wieħed biss reġistrat fuq Servizz Residenzjali, l-istess servizz ikun eliġibbli għal-eko riduzzjoni ta’ 25% ta’ l-ammont kollu dovut għall-konsum ta’ l-elettriku għall-perjodu kopert mill-kont jekk il-konsum ma jaqbiżx il-konsum pro rata ekwivalenti għall-konsum annwu ta’ 2000 units.
C. Jekk ikun hemm aktar minn persuna waħda reġistrata għas-sussidju, kull persuna hija ntitolata għall-1750 units fis-sena jinqasmu 1000 unit b’eko riduzzjoni ta’ 25% u 750 units b’eko riduzzjoni ta’ 15%. F’kelma waħda, fejn il-konsum hu inqas minn 1750 units kull persuna, it-tnaqqis ta’ 25% fil-kont japplika għall-ewwel 1000 unit għal kull persuna u 15% oħra fuq kull persuna japplikaw fuq il-kumplament tas-750 unit li jibqa’.
D. Jekk il-konsum ta’ perjodu partikolari, jaqbeż il-kwota msemijja hawn fuq, tintilef l-eliġibiltà tal-eko riduzzjoni.
E. L-eko riduzzjoni tiġi kkalkolata abbażi ta’ qari attwali li jsir minn rapreżentant tal-korporazzjoni jew fuq qari tal-konsumatur.
F. Jekk għal perjodu kopert mill-kont ma jkunx hemm qari attwali jew qari tal-konsumatur, l-eliġibilità ta’ l-eko riduzzjoni għall-perjodu kopert mill-kont tintilef għal kollox. L-eko riduzzjoni tiġi kkalkolata fuq bażi pro rata tal-konsum annwali relattiv.
Ninsab infurmat illi hemm 145,512 kont residenzjali li huwa eliġibbli biex jirċievu eko riduzzjoni. Matul l-2010 ingħataw €11.3 miljun ewro f’eko riduzzjoni. Sa Lulju ta’ din is-sena ngħataw €6.3 miljun.
Dokumenti annessi mal-mistoqsija:
Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:
Dokumenti annessi mar-risposta: