Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
8004
Data:
13/04/2023
Seduta:
116 - 02/05/2023 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu:
Qrati – sentenzi dwar penalitajiet finanzjarji
L-Onorevoli CHRIS SAID staqsa lill-Onorevoli
JONATHAN ATTARD (Ministru għall-Ġustizzja):
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi leġiżlattivi qed iqis li jieħu fid-dawl ta’ diversi sentenzi tal-Qrati Maltin (sede Kostituzzjonali), fejn qed jiġi kostantement ritenut li l-impożizzjoni da parti ta’ diversi awtoritajiet pubbliċi ta’ penalitajiet finanzjarji li huma sostanzjali, huma bi ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni?
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attwalment qegħdin jiġu evalwati u analizzati diversi sentenzi tal-Qrati Maltin (sede Kostituzzjonali) sabiex fejn hemm il-bżonn jittieħdu l-passi neċessarji fiż-żmien li ġej.
Dokumenti annessi mal-mistoqsija:
Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:
Dokumenti annessi mar-risposta: