Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21749
Data:
14/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Mosta - Triq Sant'Antnin Abbati - Sqaq Numru 1 - Asfalt

 

L-Onorevoli MARIA DEGUARA staqsiet lill-Onorevoli JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali):
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21645 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma l-Kamra meta Sqaq numru 1 fi Triq Sant’Antnin Abbati fil-Mosta ser jiġi asfaltat, billi dan l-isqaq żgħir jinsab fi stat ħażin u jintuża ta’ kuljum minn ħamsa u għoxrin resident li għandhom il-garaxxijiet tagħhom fih?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li għad m’għandux ipproġettat li Sqaq Sant’Anton Abbati numru 1 jiġi asfaltat, minħabba li fih garaxxijiet biss u mhux triq residenzjali. F’dan il-mument il-proġetti finanzjarji tal-Kunsill jiġu prijorizzati skont l-urġenza li jkun hemm b¿onn, għal gid tar-residenti kollha tal-Mosta.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:32:13 PM - PQ ID A169EF23CD4EC9B2C12586F400493525