Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21750
Data:
14/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Villaġġ tal-Karnival

 

L-Onorevoli GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Onorevoli JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali):
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-Villaġġ tal-Karnival li kien imħabbar li se jitwaqqaf il-Marsa fl-2016?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tenders għall-proġett ġew ippubblikati kif kien ippjanat, u x-xogħol sabiex jitwaqqa l-bini e¿istenti u jsir l-iskavar neċessarju nbeda. Instabu fdalijiet arkeoloġiċi, u għaldaqstant kellu jsir stħarriġ rigward dawn is-sejbiet, dokumentati u preservati. Kaw¿a ta’ dawn is-sejbiet kellhom isiru wkoll xi modifikazzjonijiet fil-pjanti oriġinali.

Dan it-tibdil ħalla mpatt fuq il-prezzijiet maqbula fit-tender, u għalhekk Festivals Malta qed jirrevedu l-kuntratt. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jitkomplew malli dawn id-dikussjonijiet jiġu konklu¿i.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:32:12 PM - PQ ID 7810B5C9431CFDECC12586F40049E18F