Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21751
Data:
14/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Bejgħ u produzzjoni tal-qubbajt u ħelu tradizzjonali

 

L-Onorevoli GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Onorevoli JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali):
B’referenza għall-bejgħ u l-produzzjoni tal-qubbajt, peress li f’dawn is-sentejn dan il-ħelu tradizzjonali, fost bosta prodotti oħra simili, osfru mis-suq lokali, u peress li min jimmanifattura dan il-ħelu huma l-vera ftit, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex dawn id-drawwiet jinżammu ħajja?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jagħti mportanza li jkattar l-Inventarju Nazzjonali tal-Wirt Kulturali Intanġibbli. Ninsab infurmat illi matul Lulju kollu ser tkun għaddejja kampanja sabiex inkomplu nħeġġu aktar nies jersqu ’l quddiem sabiex il-Wirt Kulturali Intanġibbli ta’ pajji¿na ikun aktar magħruf u mħares. Nieħu din l-opportunità sabiex inħeġġeġ lill-produtturi u l-bejjiegħa sabiex jagħmlu kuntatt mad-Direttorat tal-Kultura sabiex il-produzzjoni tal-qubbajt jiddaħħal fl-Inventarju Nazzjonali u wieħed jara kif dan il-wirt kulturali intanġibbli tal-produzzjoni jista’ jitkompla l-ħarsien tiegħu.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:32:09 PM - PQ ID 467E7168A4FF0163C12586F40049F6BB