Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21761
Data:
16/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Tas-Sliema – Xatt ta’ Spinola

 

L-Onorevoli ROBERT ARRIGO staqsa lill-Onorevoli JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali):
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21619, peress li jidher li mhux qed isir skont ir-risposta li ta l-Ministru, jista’ l-Ministru jara li l-ħtiġijiet tal-post ikunu indirizzati u minn post żdingat jerġa’ jieħu l-post li jixraqlu?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan li sussegwentament għar-risposta li ngħatat, din i¿-¿ona frekwentament qiegħda tiġi mnaddfa u jitneħħa kull struttura u vettura li jkunu tħallew hemmhekk b’mod abbu¿iv. It-tindif huwa fir-responsabiltà tad-Divi¿joni tal-Cleansing u l-Maintenance. Il-kontroll isir ukoll permezz ta’ CCTV u issa bl-installazzjoni ta’ sistema ta’ barriers li joperaw permezz ta’ cards. Il-Kunsill i¿omm wkoll kuntatt frekwenti mas-sajjieda u d-dilettanti li għandhom l-irmiġġ f’din il-bajja u ġew installati wkoll pjanti, bankijiet u bins.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:32:08 PM - PQ ID CB871D50F9C86F89C12586F60034809A