Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21741
Data:
14/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Ħ'Attard - Rotot tal-Karozzi tal-Linja

 

L-Onorevoli IVAN BARTOLO staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali):
Jista’ l-Ministru jgħid, meta r-rotta tal-karozzi bin-numri 51, 52, u 53 se jibdew jgħaddu b' mod regolari minn Ħ' Attard, peress li r-residenti qed ikollhom imorru lejn l-isptar Monte Karmeli, biex jaslu fid-direzzjoni tar-Rabat?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li r-rotot 51, 52 u 53, minkejja l-iżvilupp li għaddej in konnessjoni mal-proġett tas-Central Link, baqaw isegwu l-istess perkors tas-soltu bid-differenza li peress li Triq in-Nutar Zarb issa saret one way fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, it-traffiku fid-direzzjoni lejn ir-Rabat qiegħed jgħaddi minn Triq Tumas Chetcuti.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:31:55 PM - PQ ID 58B2A17D69032229C12586F40039B35E