Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21745
Data:
14/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Ftuħ ta’ Rehab Centres għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

 

L-Onorevoli IVAN BARTOLO staqsa lill-Onorevoli CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa):
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk hux sejrin jinfetħu aktar Reh Centres/Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali matul din is-sena u s-sena ddieħla? Jekk iva, fejn sejrin jinfetħu dawn iċ-Ċentri?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali qegħdin jingħataw servizzi ġodda għall-kura tas-saħħa mentali minn numru ta’ kliniċi kommunitarji u ċentri għas-saħħa. Apparti x-xogħol li qed isir mill-ħames ċentri ta riabilitazzjoni f’lokalitajiet differenti f’Malta, t-terapisti jirċievu wkoll referrals minn kliniċi oħrajn b’hekk qegħdin jintlaħqu persuni mill-lokalitajiet kollha f’Malta. L-occupational therapists minn dawn ċ-ċentri jaħdmu f’timijiet multi-dixxiplinarji u jsir ħafna xogħol fil-kommunita’ u fid-djar tal-persuni. Filfatt żdiedu l-Occupational Therapists fil-Community Mental Health Clinics.

Qed tingħata iżjed importanza sabiex is-servizz ta’ rijabilitazzjoni jilħaq firxa ikbar ta’ nies. Għaldaqstant, qed isiru sessjonijiet informattivi miftuħa għal kulħadd onlajn msejħa Wellbeing 360. Il-Programm Well being 360 jikkonsisti f'sessjonijiet informattivi offruta minn professjonisti differenti fuq kif wieħed jieħu ħsieb saħħtu, jgħix ħajja bbilanċjata u jingħata tagħrif fuq għażla wiesgħa ta’ servizzi fil-qasam tas-saħħa mentali.


Qed isiru wkoll programmmi ta taħriġ fuq ħiliet finanzjarji (Financial Literacy). Dawn il-programmi joffru tagħrif ta’ kif persuna tista tqassam id-dħul tagħha sabiex tlaħħaq mal-bżonnijiet tal-ħajja, tixtri bil-għaqal, jkollha tagħrif fuq investimenti, tfaddil u nformazzjoni kurrenti fuq l-valur tal-flus.
Jingħata wkoll sapport u nformazzjoni lil-familjari għall-persuni li huma vulnerabbli u li ma tantx joħorġu minn djarhom. Baqa’ jinżamm kuntatt magħhom permezz ta’ telefonati, sessjonijiet onlajn u anke jintbgħatu pakketti t’ informazzjoni kull xahar.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:31:54 PM - PQ ID 771F84F0DA716DB9C12586F4003A1625