Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21746
Data:
14/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Ħaddiema barranin li qed jaħdmu mingħajr liċenzja tax-xogħol

 

L-Onorevoli IVAN BARTOLO staqsa lill-Onorevoli CLYDE CARUANA (Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol):
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18515, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ittieħdu[V1] kontra dawk l-2,308 persuna barranija li kienu qed jaħdmu hawn Malta mingħajr liċenzja tax-xogħol?

 

Tweġiba:
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont it-termini tal-Att dwar ix-Xogħol u Taħriġ (Kapitlu 594) Jobsplus tista tieħu passi biss kontra min iħaddem u mhux il-ħaddiema.

L-2,308 persuna barranija li matul il-2020 nqabdu jaħdmu hawn Malta mingħajr liċenzja tax-xogħol kienu jaħdmu ma’ 255 ‘employer’ differenti.

130 ‘employer’ irregolarizzaw il-pozizzjoni tagħhom kif provdut mill-ligi u għalhekk 318 il- barrani issa qed jaħdmu regolarment.

12-il ‘employer’ tressqu l-Qorti mill-pulizija għax nstabu jaħdmu waqt spezzjoni konġunta bejn Jobsplus u l-Pulizija tal-Immigrazzjoni

Il-kumplament tal-employers ser jitressqu l-Qorti.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:31:35 PM - PQ ID CB2A3E56B42BB33CC12586F4003A3288