Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21756
Data:
15/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Persuni li fil-wirt ħallew skejjel statali

 

L-Onorevoli CLYDE PULI staqsa lill-Onorevoli JUSTYNE CARUANA (Ministru għall-Edukazzjoni):
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar snin kienx hemm xi persuni li fil-wirt tagħhom, inkludew skejjel statali? Jekk dan huwa l-każ, tista’ tgħid x’kienu l-ammonti, għal-liema skola marru u kif intefqu dawn il-fondi?

 

Tweġiba:
Ninsab infurmata li fl-aħħar snin kien hemm persuna li ħalliet l-ammont ta’ €50,000 lill-iskola primarja ta’ Bormla. Dawn il-flus ġew rilaxxati s-sena l-oħra. Skont ix-xewqa tal-individwu, dawn il-fondi ser jintefqu għall-ġid ta’ l-akbar numru ta’ studenti ta’ din l-iskola.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:31:22 PM - PQ ID 42032B9D6E002EC3C12586F50032E2E7