Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21742
Data:
14/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Skema 9 - Pakkett tal-Ikel lill-Istudenti

 

L-Onorevoli IVAN BARTOLO staqsa lill-Onorevoli JUSTYNE CARUANA (Ministru għall-Edukazzjoni):
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21081, tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-pakkett tal-ikel taħt Skema 9 u minn liema lokalitajiet ġejjin il-232 student li qed jirċievu dan l-ikel? Liema kriterji qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali u l-Ministeru għall-Edukazzjoni sabiex student ikun eleġibbli għal dan l-ikel?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lunch li jingħata lill-istudenti huwa bnin u varjat u jinkludi porzjon ta’ karboidrati mħawwar b’ħaxix u proteini flimkien ma’ frotta u flixkun ilma.


L-istudenti eliġibbli għal Skema 9 huma dawk li jgħixu f’familji li jiddependu fuq il-benefiċċji non-kontributorji li joffri l-istat.

Il-232 student li qed jirċievu l-lunch ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:

Lokalità – Għawdex
Fontana
Għajnsielem
Kerċem
Marsalforn
Munxar
Rabat
Xagħra
Xewkija
Lokalità - Malta
Birgu
Birkirkara
Birżebbuġa
Bormla
Buġibba
Burmarrad
Fgura
Fleur-de-Lys
Floriana
Gżira
Ħamrun
Isla
Marsa
Marsaskala
Mellieħa
Mosta
Mqabba
Msida
Naxxar
Paola
Pembroke
Pietà
Qawra
Qormi
Safi
San Ġwann
San Pawl il-Baħar
Santa Venera
Sliema
Tarxien
Valletta
Xgħajra
Żabbar
Żebbug
Żejtun

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:31:19 PM - PQ ID 06A7306C00550FA4C12586F40039CD79