Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
21757
Data:
15/06/2021
Seduta:
476 - 21/06/2021 02:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Year 8 – Karti tal-Eżami tal-matematika u tax-xjenza

 

L-Onorevoli CLYDE PULI staqsa lill-Onorevoli JUSTYNE CARUANA (Ministru għall-Edukazzjoni):
Tista’ l-Ministru sserraħ ras il-ġenituri billi tikkonferma li mhux minnu li l-Karta tal-Eżami tal-Matematika tal-Year 8 kien fiha l-iżbalji u xi domandi li ma kenux fis-sillabu? Tista’ wkoll tikkonferma li l-Karta tax-Xjenza tal-Year 8 ma kelliex madwar 3 faċċati li ma kenux id-domandi t-tajba?

 

Tweġiba:
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-karta tal-Matematika tal-Year 8 Track 3 filwaqt li ma kienx fiha żbalji, kien hemm parti minn domanda li kienet barra mis-sillabu. Barra minn hekk, id-Dipartiment responsabbli mill-eżamijiet ħa ħsieb li l-iskema tal-marki tkun riveduta sabiex tiżgura li l-istudenti ma jitilfux marki.


Dwar is-sillabu tax-Xjenza minħabba r-restrizzjonijiet tal-Pandemija, il-fieldworks ma sar xejn minnhom u l-istudenti ntalbu ma jwiġbux mistoqsijiet relatati ma’ topics li ma sarux u minflok ingħatat paġna supplimentari b'mistoqsijiet oħra.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2021 02:31:18 PM - PQ ID FC6FED4AC639D99AC12586F500338429