Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
19522
Data:
24/02/2021
Seduta:
433 - 01/03/2021 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta - laqgħat

 

L-Onorevoli CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Onorevoli EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej):
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux iktar laqgħat mal-Kunsilliera tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta mill-aħħar laqgħa fl-2019? Jekk iva, jistgħu jitqiegħdu l-minuti fuq il-Mejda tal-Kamra?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet (2020) u din is-sena (2021) saru żewġ laqgħat mal-Kunsilliera tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu barra minn Malta. Dawn il-laqgħat saru f’forma virtwali minħabba l-pademija COVID-19 fis-16 ta’ Ottubru 2020 u fit-3 ta’ Frar 2021 rispettivament. Filwaqt li qiegħed inpoġġi kopja tal-minuti tal-ewwel laqgħa (dik li nżammet fis-16 ta’ Ottubru 2020) fuq il-Mejda tal-Kamra, il-minuti tat-tieni laqgħa tat-3 ta’ Frar 2021 ma jistgħux ikunu mpoġġija minħabba li għad iridu jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant jista’ jitlob kopja tal-istess minuti meta dawn jiġu approvati mill-Kunsill fil-laqgħa li jmiss.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 1/3/2021 04:31:41 PM - PQ ID 7BDD1A47FF52D834C1258686003C254E