Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
14763
Data:
18/05/2020
Seduta:
338 - 02/06/2020 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Sptar Monte Carmeli – pazjenti li ġew trasferiti fi djar jew homes privati

 

L-Onorevoli IVAN BARTOLO staqsa lill-Onorevoli CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa):
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli (f'dawn iċ-ċirka sentejn) ġew trasferiti fi djar / homes tal-privat minħabba li s-swali li kienu fihom jew ingħalqu jew qed isir xogħol fuqhom? Jista’ jgħid kemm qed iħallas il-Gvern kuljum għal kull pazjent minn dawn li qegħdin f'homes privati? Jista’ jgħid jekk kull home tiswix l-istess u kif intgħażlu dawn il-homes? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern setax bagħat lil dawn il-pazjenti f'St. Lukes jew Karin Grech jew dawn m'għadhomx tal-poplu minkejja l-flus li l-Gvern qed iħallas lil Steward Healthcare?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu li qed jirreferi għalih hu ġew trasferiti 169 pazjenti minn Monte Karmeli għaliex ma kienx għadu lok li jieħdu kura f’dan l-isptar. F’kull istanza t-trasferiment sar għal ġo istituzzjoni addata għal skont il-ħtieġa partikolari tal-pazjenti involuti.

L-għażla ta’ dawn il-homes saret skont ir-regolamenti tal-Public Procurement.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 2/6/2020 05:22:30 PM - PQ ID ED345F793E1EF155C125856C0037062C