Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
12254
Data:
25/11/2019
Seduta:
286 - 03/12/2019 09:00 AM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali - Zero Stigma

 

L-Onorevoli IVAN BARTOLO staqsa lill-Onorevoli CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa):
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’għamel il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar tliet snin biex jeqred l-istigma f’pajjiżna li hija ta’ detriment kbir għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa f’dawn l-aħħar tliet snin ħadem biex inaqqas l-istigma tas-saħħa mentali kemm b’mod dirett u kif ukoll b’mod indirett. F’Lulju ta’ din is-sena, tnieda l-Pjan Strateġiku Nazzjonali għas-Saħħa Mentali għas-Snin 2020/2030, diġa saru diversi xogħolijiet strutturali kbar fl-Isptar Monte Carmeli fi proġett mifrux fuq medda ta’ ħames snin u li għalih ġew ivvutati €30 miljun u ser ikun qed jinbena sptar ġdid akut għas-saħħa mentali ħdejn l-Isptar Mater Dei. Liema sptar maħsub li jkollu madwar 100 sodda u li fih jilqa’ pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali akuti. L-isptar il-ġdid se jinbena ħdejn Mater Dei bil-għan speċifiku li jkun enfasizzat li l-kura tas-saħħa mentali m’għandhiex tkun segregata, imma tkun parti minn kura inklussiva. Komplejna nsaħħu iktar is-servizzi tas-saħħa mentali, b’enfasi fil-komunita’ fosthom anki mill-bereġ, bl-element bażiku jkun l-integrazzjoni tas-servizzi għall-qasam mentali ma’ dawk għall-qasam fiżiku. Huwa fatt magħruf li iktar mas-servizzi jiżdiedu u jaqirbu lejn in-nies, iktar tonqos l-istigma.


L-istigma kienet ukoll waħda mill-prijoritajiet tal-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa Mentali u li l-istigma tinbidel fi stima jekk jintlaħħqu dawn l-għanijiet:
• Ikun hemm integrazzjoni sħiħa tas-saħħa mentali fi ħdan is-servizzi kollha tas-saħħa
• Il-fokus tal-kura li jgħaddi mill-istituzzjonijiet għal servizzi speċjalizzati fil-komunità
• Il-kura psikjatrika akuta timxi lejn l-Isptar Mater Dei
• Ir-rijabilitazzjoni ssir preferibbilment fil-komunità f’units dedikati
Il-kura residenzjali fit-tul tingħata f'faċilitajiet dinjitużi

B’mod dirett il-Ministeru għas-Saħħa ħadem billi kien preżenti f’ kampanji u f’artikli u intervisti f’diversi ġurnali u rivisti, fil-midja soċjali, f’numru kbir ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni bil-għan li jqajjem aktar kuxjenza billi tingħata aktar informazzjoni u b’hekk tonqos l-istigma.

l-Uffiċċju tal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa Mentali fil-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa tal-Università ta’ Malta imbarka f'kampanja Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali tas-Saħħa, bl-isem #StopStigma. Il-kampanja tnediet fis-27 ta ’Novembru 2017 u dieħla fit-tielet sena tagħha. Il-kunċett ta’ din il-kampanja kien li jwassal tliet messaġġi principali:
    · Break the Silence – ma nistgħux inkomplu nħallu persuni u familji ibatu waħedhom fis-silenzju
    · Jiena il-Persuna u Mhux il-Kundizzjoni – immirat lejn rispett ugwali lejn persuni morda minħabba sfidi ta’ saħħa mentali
    · Jiena Nista’ Naħdem Ukoll – biex nindirizzaw diskriminazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site
 

 

L-aħħar bidla: 4/12/2019 08:37:23 AM - PQ ID 1170DB99243F5A12C12584BD002C6DE7