Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
11719
Data:
25/10/2019
Seduta:
270 - 29/10/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu:
Sptar Monte Carmeli – saqaf ta’ ward ikkundannat
L-Onorevoli EDWIN VASSALLO staqsa lill-Onorevoli
CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa):
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’testijiet saru mill-perit biex jivverika jekk tassew is-saqaf tas-sala MW3B fl-Isptar Monte Carmeli hux ikkundannat?
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-management kien iddeċieda li jqabbad Structural Engineer fejn ikkumissjona u għamel Visual Survey tas-soqfa.Wara li sar dan ix-xogħol, dawk is-soqfa li kienu ġew identifikati u li kienu jirrikjedu tiswijiet estensivi, ġie deċiż li jiġu battala, fosthom kmamar li hemm fis-sala MW3B liema sala llum hija battala kollha.
Dokumenti annessi mal-mistoqsija:
Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:
Dokumenti annessi mar-risposta: