Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2846
Data:
06/12/2017
Seduta:
63 - 11/12/2017 06:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal lokazzjoni ta’ siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel

 

L-Onorevoli TONI BEZZINA staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali):
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal lokazzjoni ta' siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel (restaurants, snack bars, take away, bars, etc.), sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalita jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

 

Tweġiba:
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 28/2/2018 11:58:52 AM - PQ ID 790FBC655185F5B4C12581EE0050F279