Leġiżlatura
XII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
8647
Data:
20/03/2014
Seduta:
174 - 09/07/2014 06:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Bord tal-Koperattivi – Pjan ta’ ħidma

 

L-Onorevoli JASON AZZOPARDI staqsa lill-Onorevoli CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar):
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta’ ħidma għas-sena jew snin li ġejjin tal-Bord tal-Koperattivi?

 

Tweġiba:
Il-pjan ta’ ħidma tal- Bord tal-Koperattivi għas-snin 2014/2015 se ikun qed jindirizza dawn il-miżuri:

Matul l-2014 il-Bord ser ikun qiegħed imexxi riforma sħiha fil-moviment li tinkludi reviżjoni tar-regolamenti li jiggvernaw il-Fond Ċentrali tal-Koperattivi biex ikun aġġornat mal-iżviluppi li qed isiru f’dan is-settur kif ukoll niżguraw li l-fondi jintużaw bl-aktar mod effettiv għall-ġid tal-moviment koperattiv.



Jitkompla l-proċess ta’ tisħiħ tal-liġi tal-koperattivi biex jitħarsu aktar il-bżonnijiet attwali tal-koperattivi. It-tisħiħ tal-liġi ser ikun qed jindirizza fost diversi issues il-kunċett ta’ koperattivi soċjali li jħarsu l-interessi ta’ nies żvantaġġati. Għal-dan il-għan qed issir konsultazzjoni mal-partijiet kollha konċernati.

Jitfassal pjan ta’ edukazzjoni sabiex jiżdied l-għarfien tal-mudell koperattiv bħala alternattiva ta’ oħra ta’ mudell ta’ entrapriża. Dan il-pjan se jkun qed jindirizza studenti, kummerċjanti, professjonisti u l-pubbliku in ġenerali. Se jkunu qed naħdmu wkoll mill-qrib mal-kunsilli lokali sabiex nippromovu l-mudell koperattiv.

Ħidma sabiex ikun hemm level playingfield għall-koperattivi biex joperaw mingħajr żvantaġġi ma’ mudeli oħra ta’ intrapriżi. Għal dan il-għan qiegħda ssir konsultazzjoni mal-koperattvi sabiex ikun identifikati l-iżvantaġġi li qed ikunu ffaċjati bħalissa.

Nippromovu mill-ġdid l-użu tal-mudell koperattiv fis-Servizz Pubbliku.

Titkompla ħidma sabiex ikomplu jonqsu n-numru ta’ koperattivi li mhumiex konformi mal-liġi.

Titkompla ħidma sabiex jinghalqu numru ta’ każijiet ta’ stralċ li ilhom pendenti għall-numru ta’ snin.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 9/7/2014 06:39:49 PM - PQ ID 07E6E40DF3638686C1257CA10035F3B1