Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2118
Data:
01/07/2022
Seduta:
26 - 06/07/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
San Pawl il-Baħar – Xemxija – Moll tal-Veċċja

 

L-Onorevoli GRAZIELLA GALEA staqsiet lill-Onorevoli OWEN BONNICI (Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali):
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1419, jista' l-Ministru jassigura li d-dawl kollu ta’ fuq il-moll imsemmi fil-fatt ikun qed jixgħel fil-ħinijiet meħtieġa, speċjalment billejl, għaliex s’issa almenu tlieta mid-dwal imsemmjia għadhom ma xegħlux, jew jekk inxtegħlu fil-fatt reġgħu nqatgħu ftit wara?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi il-mollijiet u l-manutenzjoni marbuta magħhom ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, però l-Kunsill xorta waħda qed jagħmel l-almu tiegħu biex id-dawl ta’ fuq il-moll jinxtgħel kollu.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 6/7/2022 04:40:57 PM - PQ ID 09690F0DBDB7931CC1258872003142D1