Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2116
Data:
01/07/2022
Seduta:
26 - 06/07/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Applikazzjonijiet u appelli pendenti għall-Blue Sticker

 

L-Onorevoli GRAZIELLA GALEA staqsiet lill-Onorevoli JULIA FARRUGIA PORTELLI (Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur):
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-Blue Sticker u kemm hemm appelli pendenti għall-kijiet fejn il-Blue Sticker ma ġietx approvata? Kemm hi l-medja ta’ żmien ta’ stennija sabiex jinħareġ permess għall-Blue Sticker minn mindu ssir l-applikazzjoni? Kemm hi l-medja ta’ żmien ta’ stennija sabiex tingħata d-deċiżjoni għall-appelli minn mindu wieħed jinforma li qed jappella d-deċiżjoni?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ewwel ġimgħa ta' Ġunju 2022 kien hemm 197 talba għall-Blue Badge. Fl-istess perjodu kien hemm 81 applikazzjoni quddiem il-Bord tal-Appell.


Il-medja taż-żmien ta’ stennija minn meta wieħed japplika għall-blue badge sakemm jirċievi deċiżjoni hi ta' madwar 8 ġimgħat. Il-bord tal-appell hu differenti mill-bord li jawtorizza l-ħruġ tal-blue badges.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 6/7/2022 04:40:55 PM - PQ ID 971FA80D8AD83DE6C12588720030F38C