Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2104
Data:
30/06/2022
Seduta:
26 - 06/07/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
San Pawl il-Baħar: Triq Damasku u Triq Raddet ir-Roti – rapporti ta’ ħsarat relatati mad-drenaġġ jew ilma

 

L-Onorevoli GRAZIELLA GALEA staqsiet lill-Onorevoli MIRIAM DALLI (Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża):
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċevietx rapporti ta’ ħsarat relatati mad-drenaġġ jew ilma ħiereġ fi Triq Damasku u Triq Raddet ir-Roti, San Pawl il-Baħar, fl-aħħar sitt xhur? Jekk iva, meta rċeviet dawn ir-rapporti, dwar xiex kienu r-rapporti u x’passi ttieħdu biex dan id-drenaġġ u/jew ilma ma jibqax jiġri fit-toroq imsemmija?

 

Tweġiba:
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċeviet 12-il każ relatati ma' ħruġ ta’ ilma jew drenaġġ. Minn dawn, ħamsa kienu rigward ħruġ ta’ ilma potabbli filwaqt li sebgħa kienu rigward ħruġ ta’ drenaġġ.


Fil-maġġor parti tal-każijiet instab li l-ħsara kienet ġejja minn infrastruttura ta’ terzi. F’dawn il-każijiet, min għamel ir-rapport ingħata l-informazzjoni meħtieġa u, fejn kien hemm bżonn, anke ġew infurmati l-awtoritajiet kompetenti.

F’dawk il-każijiet fejn il-problema oriġinat mill-infrastruttura tal-Korporazzjoni, saru l-interventi meħtieġa.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 6/7/2022 04:40:54 PM - PQ ID 11970B48ADF9B43EC125887100386C38