Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2108
Data:
30/06/2022
Seduta:
26 - 06/07/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Qawra: Skola Primarja - parkeġġ

 

L-Onorevoli GRAZIELLA GALEA staqsiet lill-Onorevoli CLIFTON GRIMA (Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni):
B’referenza għal numru ta’ mistoqsijiet parlamentari li għamilt dwar il-parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet ma’ dawk kollha involuti biex dan il-parkeġġ ikun jista’ jinfetaħ għall-użu tar-residenti fl-inħawi? X’qed iżomm milli fil-fatt jintlaħaq ftehim biex dan il-parkeġġ jinfetaħ għall-użu tal-pubbliku u b’hekk jonqsu l-inkonvenjenzi lir-residenti tal-inħawi? Jista’ jikkonferma jew jiċħad li hemm diffikultajiet dwar aċċessibbiltà u ingress ta’ ilma li qed itellfu milli jinfetaħ dan il-parkeġġ? Jista’ jgħid kif se jkun qed jopera dan il-parkeġġ? Meta hi d-data meta dan il-parkeġġ se jinfetaħ għall-użu tal-pubbliku? Kemm-il laqgħa saret dwar din il-materja mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jew ma’ rappreżentant/i tiegħu, min kien mistieden, min attenda u meta saru dawn l-istess laqgħat?

 

Tweġiba:
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 318 u 432, ninformaha wkoll li wara laqgħat ma' diversi rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kif ukoll fuq il-post, il-preparazzjonijiet issa jinsabu fil-fażi finali.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 6/7/2022 04:40:54 PM - PQ ID F4E06048125C026DC1258871003BD94A