Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2074
Data:
28/06/2022
Seduta:
26 - 06/07/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Environmental and Resources Autority - telefonati

 

L-Onorevoli STANLEY ZAMMIT staqsa lill-Onorevoli MIRIAM DALLI (Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża):
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il telefonata rċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi fuq kull wieħed minn dawn in-numri: 22923500 u 99637508 (Malta-wara l-ħin tal-uffiċċju) u numri oħrajn, ERIS u mezzi oħra mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju, 2022 u li kienu jirrikjedu spezzjoni immedjata? Kemm minn dawn ir-rapporti kien hemm każijiet fuq kull numru fejn ma setgħetx issir spezzjoni u x'kienet ir-raġuni f'kull każ?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru 22923500 jintuża mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi sabiex fuqha jidħlu rapporti dwar spezzjonjiet li jkunu meħtieġa b’mod immedjat wara l-ħin tax-xogħol.

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2022 fuq din il-linja daħlu 126 telefonata li 77 minnhom skattaw investigazzjoni immedjata. Fil-kumplament tal-każijiet ma kenitx meħtieġa investigazzjoni immedjata. Ir-raġunijiet għal dan kienu diversi; fosthom għax l-Awtorità kienet diġà qed taħdem fuq il-każ jew għax ir-rappurtaġġ kien ripetut jew għax it-telefonata kienet biss talba għall-informazzjoni jew għax is-suġġett tar-rapport ma kienx jikkonċerna l-mandat tal-Awtorità.


Fir-rigward tat-tieni linja, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din ma tappartjenix lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 6/7/2022 04:40:53 PM - PQ ID 7A4B4D0C848787F5C125886F003C8972