Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2117
Data:
01/07/2022
Seduta:
26 - 06/07/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Mellieħa u San Pawl il-Baħar – railings u slielem ħdejn il-baħar

 

L-Onorevoli GRAZIELLA GALEA staqsiet lill-Onorevoli CLAYTON BARTOLO (Ministru għat-Turiżmu):
Jista’ l-Ministru jaċċerta li x-xogħol kollu relatat mar-railings tal-baħar fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (inkluż Xemxija, Qawra u Buġibba) hu lest u li kollha tpoġġew ħdejn il-baħar/fil-baħar? Jista’ jaċċerta li r-railings u slielem qegħdin kollha fi stat tajjeb u li jsir ix-xogħol meħtieġ fl-iqsar żmien b’mod partikolari fuq ir-railings u s-slielem fil-bajjiet ta’ Triq San Ġeraldu u Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar, hekk kif jidher li hemm minnhom li għandhom xi ħsarat jew inkella tpoġġew f’sit differenti mis-soltu u b’hekk qed ikun diffiċli, speċjalment għall-anzjani, biex jagħmlu użu minnhom?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol kollu relatat ma’ railings tal-baħar fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar tlesta kollu. Infurmat illi saħansitra xi wħud minnhom saru ġodda sabiex jintużaw għal matul dan is-sajf.

Saret spezzjoni f’dawn il-ġranet u ġie aċċertat li dawn kollha jinsabu fi stat tajjeb sabiex jintużaw mill-pubbliku. Ovvjament l-appell huwa li ma jsirx vandaliżmu fuq dawn ir-railings sabiex ikunu jistgħu jitgawdew fit-tul kemm jista’ jkun.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 6/7/2022 04:40:49 PM - PQ ID 3D7CAAD6B2A8BF22C125887200311F7D