Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2115
Data:
01/07/2022
Seduta:
26 - 06/07/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Salina – irwejjaħ ħerġin mill-kanal madwar is-salini tal-melħ

 

L-Onorevoli GRAZIELLA GALEA staqsiet lill-Onorevoli STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar):
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-irwejjaħ kbar li ħerġin mis-sukkorzju tas-Salina (il-kanal madwar is-salini tal-melħ fis-Salina), liema proġett kien sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, jiġu mnaqqsin kemm jista’ jkun jew jiġu eliminati, għax qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, b’mod partikolari r-residenti tas-Salina u tal-Qawra? Billi dawn l-irwejjaħ probabbilment qed jirriżultaw minħabba l-fatt li partijiet mill-kanal huma imblukkati bl-alka u materjal ieħor, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-kanal jitnaddaf u jekk dan it-tindif ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jikkordina mal-Ministeru kkonċernat?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi għaddej b’diskussjoni mal-entitajiet konċernati sabiex jingħata permess għat-tindif tal-post li qed issir referenza għalih.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 6/7/2022 04:40:39 PM - PQ ID 9C0A931BF9B62986C12588720030BE3D