Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
2081
Data:
28/06/2022
Seduta:
26 - 06/07/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Bengħajsa – permess għall-barriera tal-qawwi bl-applikazzjoni nru PA 2673/22

 

L-Onorevoli STANLEY ZAMMIT staqsa lill-Onorevoli STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar):
B'referenza għall-applikazzjoni PA2673/22 għall-permess ta' barriera tal-qawwi f'Bengħajsa, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istima f'metri kubi ta' blat tal-qawwi u jekk tali applikazzjoni tmurx kontra l-proviżjonijiet tal-Minerals Subject Plan 2002?

 

Tweġiba:
L-Onor. Interpellant qed jagħmel referenza għall-applikazzjoni PA2673/22 (Outline application for quarrying in lower corraline limestone for hard rock), liema applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata fuq bażi ta’ prinċipju f’dak li huwa ppjanar. Ninsab infurmat illi skont is-sottomissjonijiet li saru fl-istess applikazzjoni, qiegħed jiġi kkalkulat li din il-proposta għall-barriera għandha potenzjal li tipproduċi volum ta’ madwar 225,000 metru kubu f’materjal tal-qawwi.


L-Onor. Interpellant qiegħed jiġi infurmat illi l-“Minerals Subject Plan 2002” ġie abolit bil-ħruġ tal-i"Strategic Plan for Environment and Development, 2015” liema pjan jikkunsidra żvilupp għall-barrieri diment li dan ma jikkawżax impatt negattiv inaċċettabli f’dak li huwa ambjent.

L-applikazzjoni bħalissa tinsab fl-istadju fejn qed issir analisi tal-impatti tal-iżvilupp fuq il-madwar speċjalment f’dak li huwa ambjent u wirt kulturali.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 6/7/2022 04:40:39 PM - PQ ID 2C004D5562762B84C125886F003FE885