Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
1708
Data:
17/06/2022
Seduta:
20 - 21/06/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Proposti rigward żviluppi f’Għawdex

 

L-Onorevoli CHRIS SAID staqsa lill-Onorevoli STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar):
Jista' l-Ministru jgħid kemm, minn aktar minn 30 proposta li saru mis-Sindki kollha Għawdxin f'rapport li ppreżentaw lill-predeċessur tiegħu dwar l-iżvilup f'Għawdex, fil-fatt ġew attwati sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ fejn wasal ix-xogħol fuq kull waħda minn dawn il-proposti u meta hu mistenni li jitwettqu? Jekk hemm minn dawn il-proposti li ma ġewx aċċettati mill-Gvern jista' jgħid liema huma u x’inhi r-raġuni li ma ġewx aċċettati?

 

Tweġiba:
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Awtorità analizzat id-dokumenti preżentati mir-Reġjun ta’ Għawdex lill-Ministru tal-Ambjent u l-Ippjanar waqt il-laqgħa tat-13 t’April 2021 li fih ukoll ġabra ta’ proposti mħejjija mill-Kunsilli Lokali kif spjegati mir-rappreżentant tal-Kunsilli Lokali f’Għawdex waqt il-laqgħa mal-Kumitat Parlamentari Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex nhar l-10 ta’ Mejju 2021.

Illi filwaqt li numru ta’ proposti diġà qegħdin fis-seħħ kemm fl-ambitu leġiżlattiv kif ukoll proċedurali, hemm diversi proposti li huma ġeneriċi li jistgħu japplikaw għal kull reġjun f’Malta u Għawdex imma li jirrikjedu studju aktar fit-tul, kif ukoll tibdiliet neċessarji kemm fil-liġijiet u regolamenti, kif ukoll fil-pjanijiet u policies skont il-każ.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2022 04:32:27 PM - PQ ID 2750173A918265A3C1258864003C271A