Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
1685
Data:
16/06/2022
Seduta:
20 - 21/06/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Mellieħa – ilma li jkun issaffa mid-drenaġġ fl-impjant taċ-Ċumnija

 

L-Onorevoli GRAZIELLA GALEA staqsiet lill-Onorevoli MIRIAM DALLI (Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża):
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol marbut mal-provvista ta' ilma wara li jkun issaffa mid-drenaġġ fl-impjant taċ-Ċumnija limiti tal-Mellieħa? Meta kellu jitlesta x-xogħol marbut mat-twassil ta' dan l-ilma għand il-bdiewa? Fiex wasal ix-xogħol u meta mistenni jitlesta l-proġett kollu? Kemm bdiewa huma mistennija li jingħataw ilma minn din is-sistema? Sal-lum liema nħawi huma diġà pprovduti minn dan l-ilma u kemm bdiewa qed jużaw l-istess ilma?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġett tan-New Water fit-Tramuntana ta’ Malta qed iwassal għar-riżultati pożittivi. B’dan l-investimenti bla preċedent li sar minn dan il-Gvern f’din il-miżura innovattiva u ambjentali, fl-2021 ilħaqna rekord ta’ 831,000 metru kubu ta’ New Water f’dak li jirrigwarda produzzjoni, id-doppju ta’ dak li konna ilħaqna fis-sena 2019, u 6% iżjed mill-ammont li lħaqna fl-2020.


Se nkomplu ntejbu fuq li diġà sar sabiex nilħqu iżjed bdiewa, se nkomplu ninvestu biex insaħħu u intejbu l-produzzjoni, iva anke b’investiment dirett fuq l-impjant. Bħalissa għadna kemm nedejna espansjoni tan-network fiż-żona b’investiment ta’ kważi sitt miljun ewro. Network ġdida li tkompli żżid ma’ dak li diġà hemm biex inkomplu nilħqu l-aspettattivi u l-bżonnijiet tal-bdiewa tagħna. Bdiewa li qed jirrikorru b’fiduċja għal dan is-servizz, bin-numri jiżdiedu minn sena għal oħra. Fis-sena 2021 kellna 'l fuq min 1100 klijent tan-New Water, żieda ta’ 'l fuq min 300 utent fuq is-sena ta’ qabel.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/6/2022 04:32:09 PM - PQ ID 96205B927FB92771C1258863003E7A95