Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
1084
Data:
27/05/2022
Seduta:
12 - 31/05/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Rabat Għawdex – Triq l-Ewropa – faċilità li qed tintuża bħala home tal-anzjani

 

L-Onorevoli CHRIS SAID staqsa lill-Onorevoli JO ETIENNE ABELA (Ministru għall-Anzjanità Attiva):
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-faċilità li qed tintuża bħala home tal-anzjani fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex, ġietx spezzjonata u ċċertifikata li tista' tintuża għal dan l-iskop anke jekk għall-perjodu temporanju? Jista' jgħid meta saru l-ispezzjonijiet u minn min saru? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport u ċ-ċertifikati maħruġa? Jista' jgħid meta dan il-post beda jintuża bħala home għall-anzjani u meta hu maħsub li jieqaf jintuża?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Ward Sant’Anna f’bini, li jinstab fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, ingħata liċenzja ta’ emerġenza f’ċirkostanzi eċċezzjonali b’mod temporanju skont l-A.L. 74 tal-2020. Din il-liċenzja nħarġet l-ewwel darba f’Marzu tal-2020 (ċertifikat tal-liċenzja se titpoġġa fuq l-mejda tal-kamra) u din għandha tibqa’ topera sal-5 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Matul dan iż-żmien l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet ħdax -il spezzjoni fosthom ħamsa fl-2020, erbgħa fl-2021, tnejn li saru din is-sena.

Ir-rapport tal-SCSA bid-data tas-16 ta’ Marzu 2022 qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra: PQ 1084 Paper Laid.pdfPQ 1084 Paper Laid.pdf

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 31/5/2022 04:36:11 PM - PQ ID A39653A5840BD4C5C125884F003F9F77