Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
1062
Data:
27/05/2022
Seduta:
12 - 31/05/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Kulleġġ St Thomas More - Skola Sekondarja taż-Żejtun - Tneħħija ta' mobile classrooms

 

L-Onorevoli JUSTIN SCHEMBRI staqsa lill-Onorevoli CLIFTON GRIMA (Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni):
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħew il-mobile classrooms mill-Iskola Sekondarja ż-Żejtun, parti mill-Kulleġġ San Tumas More?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ mobile classrooms fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun kienu meħtieġa sakemm kienet qiegħda ssir l-espansjoni neċessarja fl-iskola bil-għan li takkomoda popolazzjoni dejjem tikber ta’ studenti. Ix-xogħlijiet fejn ġew estiżi numru ta’ blokki bħala parti mill-proġett ta’ rinnovar u estensjoni tal-istess skola ħolqu spazju adegwat u aktar komdu għall-istudenti tal-lokalità grazzi għal investiment ta’ €5 miljun. Issa li x-xogħlijiet kollha qed joqorbu lejn tmiemhom, numru ta' mobile classrooms se jkunu qed jitneħħew.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 31/5/2022 04:35:40 PM - PQ ID 7205762AC994BB3EC125884F00233B6E