Leġiżlatura
XIV
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
682
Data:
20/05/2022
Seduta:
9 - 24/05/2022 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Enemalta – rapport intern dwar il-wind farm fil-Montenegro – investigazzjoni tal-Pulizija

 

L-Onorevoli MARK ANTHONY SAMMUT staqsa lill-Onorevoli BYRON CAMILLERI (Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza):
B'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 19043 tat-13-il Leġiżlatura, fil-15 ta' Frar 2021 il-Ministru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli kienet infurmat lill-Kamra li r-rapport intern li għamlet l-Enemalta dwar il-proċess tal-wind farm fil-Montenegro ġie mgħoddi lill-Pulizija u għaldaqstant jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fiex waslet l-investigazzjoni tal-Pulizija?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 25/5/2022 09:41:59 AM - PQ ID EC800163C3702FD8C1258848004E4951