Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
23460
Data:
23/11/2021
Seduta:
525 - 29/11/2021 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Professjonisti fil-Qasam Soċjali

 

L-Onorevoli CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Onorevoli MICHAEL FALZON (Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal):
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23073 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22701, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk li jissejħu “Evidence based social work methods” li qed jintużaw biex jgħinu s-social workers fil-ħidma tagħhom biex jassiguraw li qed tinstema’ l-vuċi tat-tfal fil-proċeduri tal-Qrati speċjalment fl-aspetti u d-drittijiet tal-minuri għall-protezzjoni u stabbiltà f’ħajjithom?

 

Tweġiba:
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li ninsab infurmat mid-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri (Director Protection of Minors), fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), li l-metodi evidence based użati mid-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri jinkludu:

    1. Prinċipji Forensiċi għal xogħol għall-Ħarsien tat-Tfal;
    2. NCAC Forensic Interviewing For Children (NCAC, Hunstville USA);
    3. Barnahus Standards of Practice for Children House (Barnahus Project);
    4. Family Ties Model of Working with Children of Separated families with High Conflict (Anna Freud Institute, London).

Dawn huma l-interventi prinċipali illi jintużaw sabiex il-vuċi tat-tfal tasal intatta u awtentika għand l-entitajiet kollha li jridu jiddeċiedu. Id-Direttorat investa sew fit-taħriġ tal-professjonisti tiegħu biex ikunu jistgħu jaħgmlu l-aħjar użu minn dawn il-medtidoloġiji. Ovvjament, hemm interventi ulterjuri, jew aħjar tekniċi oħra, illi jintuzaw sabiex il-minuri verament jgħid li għandu jgħid u li l-messaġġ jasal tajjeb. Dawn jinkludu; visual aids; interpreti f’każ ta’ minuri barrani; tpenġija, sculpting exercises (xogħol bil-pupi), testijiet u assessment li huma aktar standardized.

Min-naħa tal-Aġenzija għas-Servizzi Terapwetiċi u fil-Komunità (ACTS) hemm metidoloġiji li huma bbażati fuq terapija tal-familja li ssir fid-djar, il-Home-Based Family Therapy (HBTS) u anki taħriġ fit-trobbija pożittiva (positive parenting) li huwa bbażat fuq il-metidoloġija tal-Incredibile Years Programme li kien żviluppat fl-Istati Uniti tal-Amerika wara bosta snin ta’ riċerka empirika imma jintuża madwar l-Ewropa kollha u jiġi aġġornat regolarment. Hawn ukoll l-Fondazzjoni investitiet b’ mod sostanzjali biex jingħata t-taħriġ lill-professjonisti li jmexxu dan il-programm mal-familji li għandhom bżonnu.

Fejn tidħol il-pjaga tal-vjolenza domestika l-professjonisti tal-Aġenzija Appoġġ jirċievu taħriġ regolari dwar kif għandhom jiġbru l-evidenza dwar il-kas li jkollhom quddiemhom. Dan sar kemm għall-ħaddiema soċjali u kemm għar-risk assessors. Bl-istess mod, deċiżjonijiet dwar fejn hemm bżonn jiżdiedu s-servizzi f’dan il-qasam saru abbażi tal-evidenza empirika. Infakkar li erba’ snin ilu sar taħriġ fuq ir-realtà ta’ tfal li jgħixu f’ ambjent ta’ vjolenza domestika, l-hekk imsejjaħ children witnessing violence. Għaldaqstant, kienu nġiebu esperti akkademiċi minn barra biex jagħtu t-taħriġ lill-professjonisti tagħna f’ dan il-qasam.

L-Aġenzija SEDQA tibbaża l-ħidma tagħha kollha fuq l-evidenza. Kieku mhux hekk ma jkunux jistgħu jsiru l-inverventi mediċi u psiko-soċjali mit-tobba, infermiera, ħaddiema soċjali, counsellors u psikologi mal-persuni vulnerabbli li jiġu bżonn l-għajnuna ta’ l-Aġenzija Sedqa.

Fl-aħħar nett, tajjeb li ngħid li l-FSWS għandha dipartiment għar-riċerka li jiġbor l-istatistika kollha mid-diversi taqsimiet fi ħdan il-Fondazzjoni biex jibni stampa reali u fl-aqsar żmien ta’ dawk li huma l-presenting problems li jiġu bihom in-nies vulnerabbli ħalli b’ hekk il-ħidma tal-aġenziji u direttorati fi ħdanha jirriflettu dawn ir-realtajiet.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 29/11/2021 04:32:03 PM - PQ ID 2AD8508AFC85D706C12587960034C681