Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
23466
Data:
23/11/2021
Seduta:
525 - 29/11/2021 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Pagament tal-kontijiet tad-dawl u ilma

 

L-Onorevoli EDWIN VASSALLO staqsa lill-Onorevoli MIRIAM DALLI (Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli):
Tista' l-Ministru tgħid għaliex mal-pagament tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-Maltapost waqfet milli titimbra (tagħmel timbru) li jindika li l-kont hu mħallas, peress li nies qed ikunu inkwitati li l-irċevuta li qed tingħata, tista' tintilef u ma' żmien ma jibqax jidher il-kitba fuqha?

 

Tweġiba:
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-irċevuta uffiċjali li tindika l-pagament tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li jitħallsu fil-fergħat tal-MaltaPost, kienu, għadhom u ser jibqaw l-irċevuta li tinħareġ mill-istess kumpanija. Ninsabu nfurmati li l-MaltaPost ser tkompli tagħmel timbru fuq l-istess kontijiet tad-dawl u l-ilma, dan bhala indikazzjoni li l-kont ġie mħallas.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 29/11/2021 04:31:11 PM - PQ ID 1E290DA04C67CA69C12587960035F090