Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
23468
Data:
23/11/2021
Seduta:
525 - 29/11/2021 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Wied il-Għajn – traffic lights minn Triq il-Katakombi u Triq Ashlet

 

L-Onorevoli MARIO GALEA staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali):
Jista’ l-Ministru ġentilment jikkunsidra li jsiru traffic lights fi triq il-ġdida li nfetħet dan l-aħħar minn Triq il-Katakombi u Triq Ashlet f’Wied il-Għajn li tibqa’ ħierġa għal Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn? Billi din it-triq tagħti dirett għan-nofs Triq il-Qaliet u billi Triq il-Qaliet hija sfortunatament magħrufa għall-sewqan eċċessiv, jaħsibx li traffic lights fejn din it-triq toħroġ għall-Triq il-Qaliet jistgħu jevitaw inċidenti?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, jidher li l-problema hija wahda ta’ sewqan eċċessiv u ghaldaqstant Traffic Lights ma jkunux is-soluzzjoni addatata. L-Awtorita’ tat-Trasport ser tkun qed tikkomunika mal-kunsill lokali sabiex jiġu proposti signage u traffic calming measures skont il-bżonn.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 29/11/2021 04:31:10 PM - PQ ID 5B996F6C8CD1E12CC1258796003DBB08