Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
23529
Data:
25/11/2021
Seduta:
525 - 29/11/2021 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Swieqi - Triq it-Tiben - sleeping policeman

 

L-Onorevoli ROBERT ARRIGO staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali):
Jista’ l-Ministru jara li jerġgħu jitpoġġew is-sleeping policeman fl-istess post fejn kienu qabel ma nqalgħu? Peress li din hija triq ġdida fejn l-ilma jaqleb kollu għal naħa waħda, jista’ jara li dan il-qlib u l-culverts jitranġaw biex l-ilma jidħol ġol-culverts?

 

Tweġiba:
Mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali.

 


L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. 
 
Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid numru ta’ toroq residenzjali fil-lokalità tas-Swieqi li jinkludu Triq il-Ġiebja, Triq il-Kejla, Triq it-Tiben, Triq it-Tomna, Triq ir-Ratal, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq tal-Franċiż u Triq il-Markiż Scicluna.
 
It-triq indikata hija waħda mit-toroq li nbnew mill-ġdid aktar kmieni din is-sena u qabel ma sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt, fiha saru xogħlijiet ta’  sistemi ġodda taħt l-art għad-drenaġġ, servizzi tal-ilma u telekomunikazzjoni, kif ukoll inbnew bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq. Barra minn hekk, Infrastructure Malta għamlet sistema ġdida għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita peress li din it-triq kien ilha snin twal bi problemi tal-għargħar. Din is-sistema se tkompli tittejjeb meta fiż-żmien li ġej tingħaqad ma’ sistema ġdida li qed issir anke fi Triq Sant’ Andrija fl-istess inhawi. It-twaħħil tal-ispeed bumps ukoll diġà huwa kuntrattat biex isir fiż-żmien li ġej.
 
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 29/11/2021 04:31:08 PM - PQ ID 6931C90287CA29E3C1258798002ABB88