Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
23528
Data:
24/11/2021
Seduta:
525 - 29/11/2021 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Enemalta - Rwol ta’ individwu

 

L-Onorevoli RYAN CALLUS staqsa lill-Onorevoli MIRIAM DALLI (Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli):
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji tar-rwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li qed ikun spiss fil-bini tal-Enemalta? Jekk qed jingħata xi forma ta’ remunerazzjoni, kemm tammonta din għal kull sena u dan ingħata wara sejħa għal offerti jew b’direct order?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta jaħtar konsulenti fuq materji speċifiċi li jħoss li jeħtieġ kompetenzi partikolari fuqhom. Fil-każ riferut, l-individwu jagħti servizz ta’ konsulenza teknika lill-Enemalta fl-oqsma ta’ Project Management, Project Development u Estate Management.


Hu nħatar direttament mill-Bord tad-Diretturi fl-2018 għal perjodu ta’ tliet snin u riċentament il-kuntratt ġie mġedded għal sena oħra, bl-istess remunerazzjoni. Peress li r-remunerazzjoni għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc, l-ammont ma jistax jingħata.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 29/11/2021 04:30:52 PM - PQ ID A168346FB2D02E4FC1258797004BC579