Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
23527
Data:
24/11/2021
Seduta:
525 - 29/11/2021 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Enemalta - promozzjoni ta’ Divisional Managers

 

L-Onorevoli RYAN CALLUS staqsa lill-Onorevoli MIRIAM DALLI (Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli):
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-persuni li ħadu promozzjoni ta’ Divisional Managers fl-Enemalta wara li ħarġet applikazzjoni ftit tal-ġimgħat ilu? X’ser ikun ir-rwol ta’ kull wieħed minn dawk promossi? Kemm hija r-remunerazzjoni, inklu¿ il-benefiċċji u allowances li se jkunu qed jingħataw u jekk hijiex ekwivalenti għal Divisional Managers oħra fil-kumpanija?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dak li qed jitlob jikkostitwixxi għal ksur tad-dejta personali u allura mhux konformi mal-liġi tal-GDPR. Minkejja dan, jien infurmata li t-tliet persuni involuti li ħadu l-promozzjoni ta’ Divisional Managers mal-Enemalta plc, wara sejħa għall-applikazzjonijiet, huma lkoll kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet il-ġodda tagħhom.

Huma se jkunu responsabbli għas-sezzjonijiet tad-Distribuzzjoni u għal Proġetti fi ħdan l-Enemalta plc. Is-salarju tagħhom, li għandu valur kummerċjali għall-kumpanija, hu bħal dak ta’ Divisional Managers oħrajn fi ħdan l-Enemalta plc.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 29/11/2021 04:30:49 PM - PQ ID 3E1F2185CDAE1CE5C1258797004B90EC