Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
23467
Data:
23/11/2021
Seduta:
525 - 29/11/2021 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Il-Mosta - Triq Bergamott - xogħlijiet

 

L-Onorevoli EDWIN VASSALLO staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali):
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qed isir fi Triq Bergamott fil-Mosta jsir fl-inqas inkonvenjent possibbli li r-residenti u li x-xogħol jsir fi żmien stipulat għaliex issa x-xogħol fuq din it-triq ilu ġimgħat li beda jsir u r-residenti qed jilmentaw li jgħaddu ġranet u qisu mhu qed isir xogħol xejn?

 

Tweġiba:
Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali.


L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.

Il-Mosta hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-aktar li saru toroq ġodda minn Infrastructure Malta minħabba t-telqa u s-snin twal ta’ nuqqas t’investiment li kien hemm f’din il-lokalità fil-passat. Fil-Mosta diġà saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier u Triq tal-Wej. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq il-Kostituzzjoni.

Bħalissa qegħdin isiru Triq Durumblat, Triq il-Kbira, u Triq Patri Ġuże Delia, Triq il-Leġġenda, Triq il-Bennej, Triq in-Naqqax, Triq l-Għollieqa, Triq Alessandra, Triq l-Assemblea Nazzjonali, Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Farinal, Triq Rafel Caruana Dingli u Triq Bergamott, waqt li diġà hemm ippjanti diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità biex isiru fiż-żmien li ġej.

Ix-xogħlijiet biex tinbena mill-ġdid it-triq indikata bdew fl-aħħar t’Ottubru li għadda u diġà ġew mgħoddijin taħt l-art ¿ewġ mains ġodda tal-ilma u anke nbidlu ħafna mis-servizzi li jwasslu d-distribuzzjoni tal-ilma lejn ir-residenzi. Bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fuq servizzi tat-telekomunikazzjoni u jinbnew mill-ġdid il-bankini. Din it-triq mistennija titlesta fil-ġimgħat li ġejjin meta jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.

Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 29/11/2021 04:30:31 PM - PQ ID C10C736FB5BE2D31C12587960037AAB3