Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
11506
Data:
14/10/2019
Seduta:
268 - 28/10/2019 06:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Enemalta - faċilitajiet li saru data hubs

 

L-Onorevoli KAROL AQUILINA staqsa lill-Onorevoli JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma):
B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma nhar il-5 ta' Diċembru 2017 bit-titlu ‘Il-Ministru Joe Mizzi jiltaqa’ ma’ Streamcast Technologies Inc.’ (PR172795 li hija aċċessibbli fl-indirizz https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2017/December/05/pr172795.aspx) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, jista' l-Ministru jgħid:

    a. Sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa tal-kumpanija Enemalta p.l.c. u/jew tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u tal-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex il-faċilitajiet li jinsabu taħt l-art tal-kumpanija Enemalta p.l.c. fil-Marsa jiġu kkonvertiti f’data hub kif ukoll kwalunkwe nefqa oħra relatata nklużi konsulenzi, ekwipaġġ tekniku, fibre-optic cables eċċ;
    b. Sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il kumpaniji oħra apparti dik li tissemma fl-istqarrija, bdew jikru u/jew iffirmaw ftehim sabiex jibdew joperaw mid-data hub li jinsab taħt l-art fil-faċilitajiet tal-kumpanija Enemalta p.l.c. fil-Marsa;
    c. B'referenza għall-kumpanija estera li hija msemmija fl-istqarrija, jekk fil-fatt hijiex il-kumpanija fil-grupp li għandha l-istess isem li ffirmat ftehim mal-kumpanija Enemalta p.l.c. u/jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu;
    d. B'referenza għall-kumpanija estera li hija msemmija fl-istqarrija u/jew l-kumpanija fl-istess grupp li ffirmat l-ftehim mal-kumpanija Enemalta p.l.c., kemm kien l-investiment totali ta’ din il-kumpanija sal-lum;
    e. B'referenza għall-kumpanija estera li hija msemmija fl-istqarrija, kemm ħallset kera s’issa u jekk din il-kumpanija estera għandhiex arretrati u/jew dejn mal-kumpanija Enemalta p.l.c. u/jew mal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u mal-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu; u
    f. B'referenza għall-kumpanija estera li hija msemmija fl-istqarrija, x'tip ta' due diligence sar dwar din il-kumpanija u dwar is-sidien tagħha?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Novembru tas-sena 2017, bil-kollaborazzjoni tal-Malta Enterprise, Enemalta plc. iffirmat Memorandum of Understanding ma Streamcast Technologies Inc. għall-iżvilupp ta’ data centre globali f’Malta. Sussegwentament ġie ffirmat ftehim ma sussidjarja lokali bl-isem ta’ Streamcast Limited li ra l-iżvilupp tal-ewwel fażi tal-proġett li kien imniedi f’April tas-sena 2018. Minħabba li l-iżvilupp ta’ dan in-negozju għadu fil-bidu tiegħu, l-Enemalta qed timxi b’kawtela u s’issa dan huwa l-unika klijent li qed jopera mis-sit tal-Enemalta fil-Marsa.
Kif kien diġa rrapurtat fil-media lokali l-investiment inizjali li għamlet il-kumpanija kien ta’ madwar 5 miljun ewro u l-proċedura ta’ due diligence li normalment issir mill-Malta Enterprise saret ukoll f’dan il-każ.

Kull informazzjoni oħra mitluba hija meqjusa bħala kummerċjalment sensittiva.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 28/10/2019 06:33:55 PM - PQ ID A90CD886D50ABE83C12584930032F9B1