Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
16082
Data:
21/07/2020
Seduta:
364 - 27/07/2020 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Il-Pitkalija - tħaddim ta' riformi

 

L-Onorevoli EDWIN VASSALLO staqsa lill-Onorevoli ANTON REFALO (Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali):
Jista' l-Ministru jgħid x'riformi se jibdew jitħaddmu fil-Pitkalija? X'għan għandhom u x'inhu l-proċess tal-introduzzjoni ta' dawn ir-riformi?

 

Tweġiba:
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-Pitkalija se tibda riforma li se tolqot diversi proċessi. Fosthom, se jiġu introdotti linji gwida fuq l-ippakkeġjar tal-kaxxi minn naħa tal-bdiewa kif ukoll se tiddaħħal sistema' ġdida ta' labelling u sistema ċentrali tal-IT. L-għanijiet ta' din ir-riforma huma li titjieb il-kwalita' tal-prodott, li jkun hemm aktar trasparenza fuq it-transazzjonijet kollha li jsiru ġewwa l-Pitkalija, li jkun hemm immaniġjar aħjar tal-istokk sabiex titnaqqas il-ħela’, u li jkun hemm proċessi u servizzi aktar effiċjenti u trasparenti. Dan għall-benefiċċju tal-bidwi, tal-pitkal, tax-xerrej u tal-konsumatur.

Bħalissa r-riforma qiegħda fil-perjodu ta' konsultazzjoni.

Lejn l-aħħar tas-sena ser jibda l-proġett pilota sabiex is-sena d-dieħla r-riforma tiġi implimentata fil-Pitkalija kollha.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 27/7/2020 04:33:11 PM - PQ ID E64AB5C50F5903A0C12585AC00288A15