Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
16083
Data:
21/07/2020
Seduta:
364 - 27/07/2020 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Anzjani - servizz tal-internet

 

L-Onorevoli EDWIN VASSALLO staqsa lill-Onorevoli MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali):
Jista l-Ministru jikkunsidra li lill-anzjani jingħatalhom servizz tal-internet b'xejn?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Djar tal-Anzjani tal-Gvern inkluż ir-Residenza San Vinċenz de Paul, jipprovdu wifi bla ħlas fiż-żoni komuni għal kulħadd fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u f’kul dayroom tas-swali u l-btieħi tar-Residenza San Vinċenz de Paule.

Id-Djar tal-Anzjani tal-Knisja ukoll huma mgħammra b’wifi bla ħlas fiż-żoni komuni. Id-Djar Privati li l-Gvern għandu ftehim magħhom, ukoll huma mgħammra b’wifi li jista’ jintuża minn kulħadd.

Finalment, ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għadu kemm ħareġ skema li biha l-kartanzjan tista’ ukoll tintuża biex l-anzjani kollha, inkluż dawk fil-kommunita’, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn diversi offerti u sussidju fuq diversi servizzi offruti. Dan jinkludi servizzi ta’ operaturi li joffru is-servizz tal-internet. Madankollu, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi offrut ukoll internet b’xejn f’kull Ċentru tal-Anzjanità Attiva f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, fejn l-anzjani li jiffrekwentaw dawn iċ-Ċentri, ikollhom ukoll aċċess għall-internet matul il-ħin li jqattgħu f’dawn iċ-Ċentri.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 27/7/2020 04:33:09 PM - PQ ID 86E87434ECD35A12C12585AC0028A235