Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
15919
Data:
02/07/2020
Seduta:
359 - 15/07/2020 09:00 AM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Infjorata Mejju 2020 – kuntratturi magħżula

 

L-Onorevoli IVAN BARTOLO staqsa lill-Onorevoli JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali):
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15607, jista’ l-Ministru jwieġeb id-domanda fejn intqal li l-infjorata rawha 88,000 ruħ madwar id-dinja, u jagħti r-readings uffiċjali li tikkonferma dan, u minn liema pajjiżi rawha?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Cultural Agency (VCA) illi rigward il-figura msemmija’ ta’ 88,000 ruħ, din ġiet ikkomunikata lill-VCA mill-operatur tal-webcam wara li ġiet irreġistrata fuq l-istess webcam waqt li din kienet qed trittrażmetti live. L-operatur tal-webcam għarraf lill-VCA wkoll illi l-vi¿itaturi kienu minn madwar id-dinja kollha, speċjalment mill-Awstralja. Peress li l-webcam issa ġiet skonnettjata, mhux possibbli aktar li jinġabar qari uffiċċjali minnha.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 15/7/2020 09:31:44 AM - PQ ID 5F866EB66B7620F4C125859900352B0A