Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
16032
Data:
09/07/2020
Seduta:
359 - 15/07/2020 09:00 AM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
IL-Kottonera - Mental Health Community Services

 

L-Onorevoli MARIO GALEA staqsa lill-Onorevoli CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa):
Peress li infurmat li bħalissa qed isiru diversi kuntatti fil-Kottonera mal-Arċipriet, kunsill lokali u oħrajn biex jitpoġġa staff addizzjonali tal-Mental Health Community Service, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jaċċerta li l-klijenti li se jużaw dan is-servizz ikollhom moħħhom mistrieħ li ma jidhrux li dawn deħlin għal kura ta' saħħa mentali u dan minħabba listigma li sfortunatament għadha tgeżwer il-problemi ta' saħħa mentali u jekk dawn il-klijenti jiġu mitluba jattendu f'post identifikabli jista' jasal li ma jmurx għall-kura minħabba l-biża' tal-istigma?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi parti sostanzjali mill-lokalitajiet li qed jiġu identifikati se jkunu użati l-iżjed minn timijiet ta’ professjonisti bħala bażi għalihom u mhux għal pazjenti.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 15/7/2020 09:31:34 AM - PQ ID 133F1A852D246DA6C12585A0003E2630