Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
16031
Data:
09/07/2020
Seduta:
359 - 15/07/2020 09:00 AM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju tas-Saħħa

 

L-Onorevoli CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Onorevoli CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa):
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15656, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-Ombudsman ġibidx l-attenzjoni fuq il-każ ta' żewġt aħwa, Chief Nursing Manager (Scale 5) u Senior Nursing Manager (Scale 6), li jaħdmu flimkien fl-Isptar Monte Carmeli u li tmur kompletament kontra l-Kodiċi tat-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku? Jista' jgħid għalfejn dan il-każ qed jibqa' jiġi injorat mill-Ministeru u mid-Dipartiment tas-Saħħa?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li l-Ombudsman qatt ġibed l-attenzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa dwar il-każ msemmi minnha. Bħal ma taf hi stess l-Ombusdman jaqa’ taħt ir-reponsabbilita’ tal-president tal kamra tad-deputati għaldaqstant għandha tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lilu direttament.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 15/7/2020 09:31:32 AM - PQ ID C5A7273CCD2D1B30C12585A00034726B