Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
15983
Data:
07/07/2020
Seduta:
362 - 21/07/2020 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Ħaddiema li nqabdu jaħdmu bla permess

 

L-Onorevoli IVAN BARTOLO staqsa lill-Onorevoli OWEN BONNICI (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol):
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema Maltin u barranin jaħdmu bla permess mill-2013 sal-lum u x'passi ttieħdu?

 

Tweġiba:
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ ħaddiema Maltin u barranin li nqabdu jaħdmu bla permess mill-2013 sa Mejju 2020 (l-aħħar ċifri disponibbli għal Jobsplus), huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:


Sena Perjodu
Maltin
Barranin
2013Jannar -Diċembru
1,811
611
2014Jannar -Diċembru
1,754
734
2015Jannar -Diċembru
1,389
1,342
2016Jannar -Diċembru
1,600
1,957
2017Jannar -Diċembru
1,010
1,422
2018Jannar -Diċembru
1,112
2,292
2019Jannar -Diċembru
746
1,731
2020Jannar-Mejju
301
1,609

Il-liġi li tirregola l-ħidma tal-ispettorat ta’ Jobsplus titfa’ r-responsabbiltà tal-impjieg fuq min iħaddem u mhux fuq il-ħaddiem, bl-eċċezzjoni ta’ meta jkun hemm każi ta’ impjegati li jinqabdu jaħdmu waqt li qed jirreġistraw għax-xogħol.

L-ispezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol isiru kif preskritt mill-Kapitolu 594 (qabel 343) tal-Ligijiet ta’ Malta. L-istess Kapitolu jitfa’ r-reponsabbiltà kollha fuq min iħaddem sabiex jirreġistra lill-impjegati tiegħu. Waqt l-ispezzjonijiet jinstabu diversi infringements li jinkludu, impjegati li ma jkunux reġistrati, impjegati li jkunu qegħdin fl-impjieg mingħajr liċenzja, impjegati li jkunu minorenni u anke impjegati li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.

Minn naħa ta’ Jobsplus tittieħed azzjoni kontra min iħaddem u min jaħdem waqt li jirreġistra fil-Qorti kif indikat f’din it-tabella:

Sena
Numru ta' Każijiet Imressqa
2013
462
2014
564
2015
336
2016
605
2017
503
2018
334
2019
389
2020
128

Minbarra l-każijiet tal-Qorti, Kapitolu 343 (sal-25 ta’ Novembru 2019) u Kapitolu 594 (il-Liġi attwali) jipprovdu wkoll li ċertu reati jistgħu jiġu riżolti permezz ta’ multa amministrattiva. F’dan ir-rigward, il-Korporazzjoni ħarġet multi amministrattivi li ġew imħallsa kif ġej:


Sena
Numru ta’ multi amministrattivi riżolti
2013
179
2014
183
2015
197
2016
509
2017
307
2018
261
2019
210
2020
641

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 21/7/2020 04:31:15 PM - PQ ID 68E61A0C90404E77C125859E00354441