Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
11320
Data:
01/10/2019
Seduta:
250 - 07/10/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Sptar Ġenerali t’Għawdex – Master Plan - applikazzjoni

 

L-Onorevoli FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Onorevoli CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa):
B'referenza għall-applikazzjoni Numru 7491/16 mal-Awtorità tal-Ippjanar li tipproponi Master Plan fis-sit tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni? Jista' jgħid jekk kienx hemm tibdil mill-Master Plan oriġinali u jekk fl-affermattiv jgħid fiex wasal il-proċess dwar dan il-pjan ġdid?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat estensjoni tal-applikazzjoni tal-ippjanar PA7491 / 16. Bħalissa it-tim tal-Master Planning qed jaħdem fuq l-informazzjoni bħala parti minn din l-istess applikazzjoni. Id-disinji sottomessi jinkludu r-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-ippjanar.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 7/10/2019 04:43:37 PM - PQ ID B8EAC1CD02D2EFCBC125848600324655