Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
11362
Data:
03/10/2019
Seduta:
250 - 07/10/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Il-Mellieħa – Triq il-Qortin – traffic calming measures

 

L-Onorevoli CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali):
B’referenza għal Triq il-Qortin, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jitlob lil Transport Malta sabiex flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa twettaq studju bil-għan li jiġu implimentati traffic calming measures f’din it-triq peress li sfortunatament qiegħda tintuża minn karozzi jsuqu b’veloċità eċċessiva?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta żżomm regolarment laqgħat mal-Kunsilli Lokali sabiex jiddiskutu punti mqajma, kemm mill-Kunsilli Lokali nfushom kif ukoll minn Transport Malta.


Għalhekk ma nsib l-ebda diffikultà sabiex nitlob lill Uffiċjali ta’ Transport Malta biex jagħmlu kuntatt mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex isir studju bil-għan li jkunu implimentati traffic calming measures fit-triq imsemmija.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 7/10/2019 04:43:24 PM - PQ ID 24050D79B32E505AC1258488003E1C17